Cristiano Ronaldo ċaħad bil-qawwa l-akkuża ta’ stupru li saret minn Kathryn Mayorga, il-mara li fetħet każ ċivili kontra l-attakkant ta’ Juventus. Mayorga qed takkuża lil Ronaldo li sawwatha f’Las Vegas fl-2009.
L-avukati li qed jirrappreżentaw lil Mayorga se jorganizzaw konferenza stampa f’Las Vegas fejn se jidħlu fid-dettall fl-allegazzjoni. Aktar kmieni lbieraħ fuq twitter, Ronaldo ċaħad l-akkużi kontrih u qal li l-istupru hu krimini li jmur kontra dak kollu li hu u jemmen fih. Hu qal l-kuxjenza tiegħu hi nadifa u se jistenna r-riżultati tal-investigazzjoni bi trankwillità.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-ħames darbiet rebbieħ tal-Plejer tas-Sena, ddeskriva dak li deher fil-magazine Ġermaniż Der Spiegel bħala “fake news” f’filmat fuq Instagram. L-avukat Christian Schertz insista li l-allegazzjoni hi waħda mill-aktar ksur tad-drittijiet personali fi snin.
Ilbieraħ, Ronaldo rritorna għat-taħriġ ma’ Juventus għall-ewwel darba minn meta din l-allegazzjoni li saret kontrih saret pubblika.
//= $special ?>