Internazzjonali

FL-ISTATI UNITI: Ipprova jixtri tifla ta’ tmien snin

Raġel fi Florida se jitressaq il-qorti akkużat li pprova jixtri tifla ta’ tmien snin li kienet f’supermarket mal-familja tagħha. Hellmuth Kolb ta’ 81 sena (ritratt), kien arrestat wara li mara, Tracy Nigh, irappurtatu lill-Pulizija.

Hi qalet li kienet flimkien ma’ bintha fi stabbiliment ta’ Walmart, f’Port Organe, Florida meta Kolb avviċinaha.
Il-Pulizija qalet li kien hemm tal-anqas ilment ieħor simili xahar ilu fil-konfront ta’ Kolb.