It-tennista Francesca Curmi ntgħażlet biex iġġorr il-bandiera Maltija fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ li se jsir is-Sibt 6 ta’ Ottubru fl-Obelisco de Buenos Aires, monument u ikona storiku nazzjonali fil-kapitali Arġentina ta’ Buenos Aires.
Malta se tkun rappreżentata minn erba’ atleti. Jacob El Aida Chaffey se jikkompeti fl-atletika fil-200 metru, Rudi Spiteri se jieħu sehem fil-50 metru freestyle u fil-50 metru butterfly tal-għawm, Shelby Mangion Vassallo se tikkompeti fil-weightlifting u Francesca Curmi se tieħu sehem fit-tennis.
L-atleti Maltin se jingħaqdu ma’ eluf ta’ atleti li se jirrappreżentaw madwar 156 pajjiż biex jipparteċipaw fit-tielet edizzjoni tal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ. Il-kontinġent Malti se jkun immexxi mid-Direttur tal-Isport Ivan Balzan li se jkun fl-irwol ta’ Chef de Mission.
L-iskeda tal-atleti Maltin
8 ta’ Ottubru Francesca Curmi
9 ta’ Ottubru Rudi Spiteri
10 ta’ Ottubru Rudi Spiteri
12 ta’ Ottubru Shelby Mangion Vassallo
13 ta’ Ottubru Jacob El Aida Chaffey
//= $special ?>