Sport Sport Ieħor

Jurgen Balzan finalist fil-kategorija ta’ taħt id-19-il sena f’tournament internazzjonali fil-Belġju

Jurgen Balzan (it-tieni mix-xellug)

Iż-żagħżugħ Malti Jurgen Balzan spiċċa finalist fil-kategorija ta’ taħt id-19-il sena f’tournament internazzjonali fil-Belġju. Dan l-avveniment kien organizzat mill-klabb Belġjan Lion’s Eugies, b’Jurgen Balzan jitlef il-finali 3-2 kontra l-Belġjan Maxime Rairoux b’penalty waqt sudden death.

Fl-istess tournament ħadu sehem fil-kategorija Open Derek Conti, Mario Camilleri u Massimo Cremona li kollha waslu sal-kwarti tal-finali, bit-Taljan Saverio Bari jirbaħ il-kategorija.

Fil-kategorija tat-timijiet ħa sehem Valletta Subbuteo Club. It-tim kien magħmul minn Derek Conti, Mario Camilleri, il-Belġjan Pascal Scheen u għall-ewwel darba lagħbu l-Franċiż Axel Donval u ż-żagħżugħ Jurgen Balzan. Valletta waslu sal-kwarti tal-finali fejn kienu eliminati mit-tim Belġjan Charleroi.