Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issejjaħ fil-Marsa kmieni dalgħodu sabiex tinħareġ persuna li kienet maqbuda f’karozza. Fil-post intbagħtet ukoll ambulanza sabiex tassisti lis-sewwieq, li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
L-inċident seħħ fi Triq is-Sebħ fil-Marsa għall-ħabta tas-6am, u siegħa wara kien hemm inċident ieħor qrib Għar Dalam f’Birżebbuġa.
Fit-tieni inċident kienu involuti karozza tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 63 sena residenti ż-Żurrieq u mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel Bulgaru ta’ 43 sena residenti Marsaskala.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Kawża ta’ dawn iż-żewġ inċidenti inġabar ammont kbir ta’ traffiku fl-akwati.
//= $special ?>