– Beppe Fenech Adami, PN
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal fil-parlament li l-pajjiż jinsab mifqugħ bid-droga li qed teqred lit-tfal Maltin. Dan filwaqt li Malta saret ċentru tat-ttraffikar tad-droga u taż-żejt.
Fid-dibttituparlamentari dwar il-liġi li tirregola l-armi, Beppe Fenech Adami qal li d-direttiva tal-UE saret meta kien hemm it-theddida tat-terroriżmu u riedet li jinstab bilanċ bejn id-dilettanti onesti u l-bżonn li jkun aċċertat li l-armi tan-nar ma jispiċċawx għand it-terroristi. Il-ħażin hu li f’din id-diskussjoni saret konnessjoni mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tal-Ministri dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta’min għandu arma b’liċenzja.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-attakki terroristiċi fi Franza u fl-Ewropa u tratta d-diskussjoni dwar l-armi fl-Istati Uniti tal-Amerika.
Fil-pajjiż hawn numru kbir ta dilettanti tal-armi iktar b’ammont ta’ iktar minn 100,000 arma liċenzjata. Fil-fatt hawn 56,000 senter liċenzjat, 7800 rifle, 10,500 pistola 5,000 revolver, 5,000 machine gun, 477 sub machine u 633 combat shot guns. Minkejja dan, id-differenzi f’Malta hawn liġi tajba li toħloq bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-persuni li għandhom l-armi. Hu qal li l-liġi Maltija hi l-aktar liġi sensibbli fl-Ewropa.
Beppe Fenech Adami tkellem dwar l-iskopijiet tal-armi u qal li din il-liġi għandha l-iskop li jkun imħares id-dritt tad-dilettant tal-armi iżda fl-istess waqt li jkun hemm il-kontrolli meħtieġa. Hu tkellem dwar il-mod kif Malta saret ċentru għat-traffikar tad-droga u feraħ lill-Pulizija u lid-Dwana għall-mod kif qed jaqbdu mijiet ta’ kilos ta’ droga. Dan jikxef realtà; Malta llum saret parti importanti għat-traffikanti tad-droga.
Malta hi mifqugħa bid-droga; li tolqot lill-uliedna. Malta hi wkoll ċentru għat-traffikar taż-żejt. Sena ilu inqatlet Daphne Caruana Galizia li ma beżgħetx titkellem fuq it-traffikar taż-żejt; traffikar fil-miljuni. Din il-liġi titkellem ukoll fuq traffikar ta’ armi.
Beppe Fenech Adami tkellem dwar l-armi użati fl-isport u qal li l-PN investa l-miljuni fl-isport. Hu qal li dan il-gvern qed jonfoq flus bl-addoċċ kif ġara fil-Bajja ta’ San Ġiljan, fil-kiri ta’ jet biex tiġi persuna u tivvota fl-Awtorità tal-Ippjanar u fil-bini tal-isport complex f’Ta Kandja fejn ingħataw 25 direct order.
Il-Gvern kien ilu jaf mill-2015 li se tkun organizzata l-World Cup tal-Isparar f’Malta u ta 25 direct order. Dan id-dewmien sar bi skop biex jingħataw direct orders apposta u għal kull €1 minfuqa intefqu €2. Fil-fatt intefqu €7 miljuni żejda fuq kumpless li kellu jiswa €7 miljuni. B’dawn il-flus setgħu inbnew skejjel u djar ġodda.
//= $special ?>