Lokali Parlament

Min jabbuża mill-armi quddiem it-tfal għandu jiddaħħal fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri

– Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mifsud Bonnici ppropona li min jagħmel użu mill-armi b’mod li jesponi lit-tfal għall-armamenti, li jispara quddiemhom jew iġibu ruħu b’mod żbaljat għandu jiddaħħal fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Miniuri. Hu qal li din il-liġi qed iżżid is-sigurtà fil-pajjiż u l-Oppożizzjoni se tivvota favur.

Fid-dibattitu parlamentari li jemenda l-Att dwar l-Armi Carm Mifsud Bonnici qal li din hi liġi li turi kemm hu sabiħ li Malta tkun fl-UE b’liġi li tgħolli ‘l fuq il-livell ta’ sigurtà fil-pajjiż.

Hu tkellem dwar il-valur tar-restawr tal-armi u qal li l-Liġi dwar l-Armi kienet kollha xogħol tal-ex Ministru Tonio Borg fi żmien Gvern Nazzjonalista. Din kienet sistema iktar moderna dwar l-Att dwar l-Armi. Importanti li l-armi kollha jkunu reġistrati fil-pajjiż biex ikun aktar diffiċli li l-armi jintużaw fid-delitti.

Hu tkellem dwar il-problemi li jinħolqu fil-wirt meta jinstabu armi fid-djar u spjega kif hawn kollezzjonisti li juru l-armi tagħhom għaleix għalihom dawn għadhom valur kbir. Jeħtieġ li l-mini-mużewijiet li jeżisti jingħataw pubbliċità għaliex għad hawn min jibża’ juri l-armi tiegħu. Hu enfażizza l-importanza tal-monitoraġġ.