Il-Union tal-Edukaturi Professjonisti (UPE) tinsab inkwetata bil-mossa tal-Gvern li jbiddel il-liġi tal-edukazzjoni – bidliet li se jfissru daqqa għall-professjoni tal-għalliema.
“Is-sistema edukattiva tinsab f’riskju li tiġi hijacked”, qalet il-UPE fi stqarrija, fejn sostniet illi t-tibdil fil-liġi se jfisser li l-għalliema jingħataw warrant li jkollu anqas valur.
L-Att il-ġdid jirrevoka retroattivament kull warrant permanenti li għandhom l-għalliema u minflok jipprovdi warrant li jiskadi għal kulħadd. Dan għaliex l-Att jorbot il-warrant ma’ taħriġ kontinwu u test ta’ profiċjenza.
Li ma qalx il-Gvern hu illi l-ħtieġa ta’ taħriġ kontinwu diġà qegħda fis-seħħ permezz tal-ftehim eżistenti u għaldaqstant ħaġa bħal din ma kelliex tinstab fl-Att, u wisq anqas marbuta mal-warrant.
//= $special ?>