Il-Forum Unions Maltin jappoġja bil-qawwa kollha l-azzjonijiet li qed tieħu l-MUT sabiex tipproteġi lill-għalliema u mhux se toqgħod lura milli tieħu l-azzjonijiet neċessarji fl-interess tal-membri tagħha.
Hekk qal fi stqarrija s-Segretarju Ġenerali tal-Forum Colin Galea, l-għada li l-MUT ordnat strajk ta’ ġurnata minħabba li l-Gvern fassal liġi ġdida li se timmina l-professjoni tal-edukaturi.
Galea qal illi l-Forum qed isegwi mill-qrib kif qed tiżviluppa din is-sitwazzjoni, anke minħabba l-fatt li l-MUT hi membru fi ħdanhom. U insista li l-azzjonijiet li qed tieħu l-Union tal-Għalliema huma leġittimi.
Il-Ħamis filgħodu stess fuq Twitter il-Kap tal-PN Adrian Delia qal illi lejlet il-Jum Internazzjonali tal-Għalliema, il-Gvern aktar moħħu biex jimmina l-professjoni tal-edukaturi.
L-MUT ddikkjarat ukoll li l-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru, li huwa l-Jum Dinji tal-Għalliema bħala jum ta’ luttu għall-professjoni.
L-istrajk tal-għalliema tħabbar lil l-Erbgħa filgħaxija meta ħabbret li ordnat strajk ta’ ġurnata nhar it-Tnejn 8 t’Ottubru għall-edukaturi kollha tal-skejjel tal-istat, tal-Knisja u indipendenti. Hija qalet li qed tistenna li l-gvern jirtira immedjatament l-abbozzi mressqa minnu.
L-MUT kienet qed tirrefereri għat-tlett abbozzi tal-liġi dwar l-edukazzjoni li tressqu mill-Gvern fil-Parlament fil-jiem li għaddew. L-MUT qalet li dawn l-abbozzi se jkollhom implikazzjonijet wiesgħa fuq il-warrants tal-għalliema u fuq il-liċenzji l-ġodda pproposti għall-Kindergarten Educators u għall-Learning Support Educators. L-MUT kompliet tgħid li l-gvern għandu pjan li jimmina l-professjoni u l-istatus tal-għalliema permezz ta’ dawn l-abbozzi.
L-MUT ddikkjarat ukoll li l-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru, li huwa l-Jum Dinji tal-Għalliema bħala jum ta’ luttu għall-professjoni. Il-membri huma mħeġġa jilbsu xi ħaġa sewda u jibdlu l-profili tagħhom fuq il-media soċjali għal ritratt provdut mill-istess Union.
//= $special ?>