Anzjan ta’ 74 sena weħel 10 snin ħabs wara li ammetta li abbuża sesswalment minn tifel ta’ 13-il sena.
Michael Charles Muscat tressaq il-Qorti akkużat li fl-1 ta’ Settembru li għadda kkorrompa b’għemil żieni lil tifel li ġie fdat fil-kustodja tiegħu, li pparteċipa f’attivitajiet sesswali miegħu, u li pproduċa materjal indiċenti u qasmu ma’ persuna taħt l-età.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, qieset in-natura tar-reat li ddeskriviet bħala serja ħafna. Muscat kien diġà nstab ħati ta’ reati simili fil-passat.
Muscat tpoġġa taħt ordni ta’ trattament għal tliet snin biex jingħata għajnuna psikoloġika għall-ġibdiet sesswali tiegħu lejn it-tfal, u ordnat li ismu jitniżżel fir-reġistru tal-pedofeli.
Il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska tal-provi esebiti inkluż xi tpinġijiet “xejn artistiċi.”
It-tifel tpoġġa taħt ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin, u ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti.
//= $special ?>