Edukazzjoni Lokali

Evarist Bartolo jħassar żjara fil-Junior College

Minflok, jindirizza lin-nazzjon minn fuq Facebook

Il-Ministru li jinsab f’nofs is-saga tal-għalliema, illum ħassar żjara li kienet ilha programmata fil-Junior College tal-Imsida.

Il-media kienet lesta li taffaċja lill-Ministru Evarist Bartolo bid-domandi dwar l-Att il-ġdid tal-Edukazzjoni li ġab miegħu kontroversja kbira. Iżda Bartolo ħassar iż-żjara mingħajr pre-avviż.

Minflok mar il-Junior College jiltaqa’ mal-istudenti u l-edukaturi, Evarist Bartolo għażel li jqatta’ l-ħin jitkellem man-nies fuq Facebook b’messaġġ għall-Jum Dinji tal-Għalliema – ġurnata li l-MUT qed issejħilha jum ta’ luttu, tant li appellat lill-membri tagħha biex għada fl-iskejjel jilbsu l-iswed.