“Hi l-MUT li qed tagħmel miżinterepretazjoni tal-Att il-ġdid dwar l-edukazzjoni”.
Kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat meta dalgħodu kien pressat mill-ġurnalisti ta’ Net News, fejn giddeb lill-MUT dwar jekk hux se jispiċċaw il-warrants tagħhom jew japplikaw għalihom kull sena.
Joseph Muscat qed jgħid li “ma nbidel xejn” mil-liġi tal-2006 filwaqt li l-union tal-għalliema qed tgħid kompletament l-oppost.
Dan tal-lum hu żvilupp importanti hekk kif jidher li l-Gvern qed iwebbes rasu u jżomm pożizzjoni iebsa fil-konfront tal-għalliema.
//= $special ?>