Il-kowċ ta’ Real Madrid, Julen Loptegui, qed jittama f’rebħa konvinċenti fuq Alaves fil-logħba li jmiss tal-La Liga, meta l-Los Biancos qed jiffaċċjaw kriżi ta’ gowls u ta’ riżultati f’pajjiżhom kif ukoll fl-Ewropa.
In-nuqqas ta’ gowls għaċ-Champions Ewropej hu l-agħar fi ħdax il-sena meta Real, issa, ilhom ma jiskurjaw għal dawn l-aħħar tliet logħbiet.
Real, nhar is-Sibt, jikkonfrontaw lil Alaves fil-Mendizorrotza Stadium, u l-kritika ħraxet għal Loptegui wara li t-tim tiegħu, nhar it-Tlieta, sofra telfa umiljanti ma’ CSKA Moscow fiċ-Champions League – b’dan ir-riżultat isegwi t-telfa fil-league ( 0-3) kontra Seville u d-draw (0-0) ma’ Atletico Madrid.
Real Madrid għadhom l-ewwel, f’La Liga, flimkien maċ-champions, Barċellona u xorta mistennija jgħaddu mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League.
Iżda dan ma naqqasx mill-kritika għal Loptegui meta Real Madrid, taħtu, għamlu l-agħar bidu għal staġun mill-1999/2000, meta t-tim kien taħt it-tmexxija ta’ John Toshack.
//= $special ?>