Il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista tal-Fgura, Charles Bonello u Mark Lombardo, jirreferu għall-ftuħ uffiċjali tad-dar il-ġdida tal-anzjani fil-Fgura ‘Residenza San Ġużepp’.
Filwaqt li l-kunsillieri Charles Bonello u Mark Lombardo jirringrazzjaw lill-amministrazzjoni tar-residenza għall-istedina li rcevew sabiex jattendu għall-ftuħ uffiċjali għada l-Ġimgħa ma jistghux jilqgħu dan l-invit ghax iridu juru solidarjeta mar-residenti tal-madwar.
Tul iż-żmien li din il-binja kienet qed tinbena, ir-residenti tal-madwar sofrew inkonvenjenti kbar kemm ta’ storbju, trab, inġenji kbar, imblukkar tal-bankina, kontejners impoġġija fuq art pubblika, ilma maħmuġ jew tal-konkos fit-triq, gheluq ta toroq u diversi inkonvenjenti ohrajn. Issa qed ibatu permanentement l-għoli tal-binja ta’ diversi sulari.
Għal dawn ir-raġunijiet, il-kunsilllieri tal-Partit Nazzjonalista infurmaw lill-amministrazzjoni tad-dar li qed jirrifjutaw l-istedina, u infatti baghtu l-invit.
Il-kunsillieri Lokali esprimew id-dizappunt tagħhom għall-Prim Ministru li jidher li qed ikun insensittiv mill-inkonvenjenti kbar li sofrew ir-residenti u se jippresiedi din iċ-ċerimonja. Madankollu, il-kunsillieri Nazzjonalisti Charles Bonello u Mark Lombardo qed jagħżlu n-naħa tar-residenti u mhux in-naħa taċ-ċerimonji u r-ritratti, bħalma ghazel il-Prim Ministru.
Il-Kunsillieri Nazzjonalisti jinstabu wkoll dispjacuti ferm li minkejja li l-Kunsill Lokali tal-Fgura mmexxi minn maggoranza Laburista kien jaf bl-inkonvenjenti enormi li kienu ghaddejjin minnhom ir-residenti, baqa’ ċass u m’għamel xejn quddiem din is-sitwazzjoni. Huma jinnutaw ukoll li minkejja d-diskussjoni li saret dwar dawn l-inkonvenjenti f’wahda mil-laqghat tal-Kunsill kif ukoll id-decizjoni tal-Kunsill Lokali sabiex issir laqgħa bejn il-Kunsill Lokali, ir-residenti tal-akkwati u l-amministrazzjoni tad-dar, din il-laqgħa qatt ma mmaterjalizzat u r-residenti thallew wahedhom fil-problemi kollha li ghaddew minnhom.
Il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-Fgura Charles Bonello u Mark Lombardo se jibqgħu jaħdmu bis-sħiħ favur l-aqwa interess tal-residenti tal-Fgura u tal-lokalità.
//= $special ?>