Lokali

L-Oppożizzjoni se tippubblika l-proposti tagħha għall-Budget

Il-Partit Nazzjonalista qed jistenna li l-baġit għas-sena d-dieħla ma jkomplix jiffoka fuq li l-ġid jgawdu minnu l-ftit iżda jinfirex b’mod usa’ biex ma tkomplix titnaqqar il-middle class u jbatu dawk fix-xifer tal-faqar. Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal dan fuq il-program ġdid 10Q, fejn spjega li għal darb’oħra l-Oppoizzjoni se tippubblika l proposti tagħha għall-baġit il-ġimgħa d-dieħla.

Clyde Puli qal li l-Partit Nazzjonalista għaddej bi studju dwar il-qagħda tas-soċjeta’ Maltija li se jgħinu jfassal pjan u politika fit-tul għall-Malta u Għawdex u jippreżentah il-poplu qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Waqt il-program 10Q preżentat minn Sergio Mallia, Clyde Puli qal li l-Oppożizzjoni se tippubblika għal sena oħra l-proposti tagħha b’reazjoni għall-intenzjonijiet tal-Gvern għall-bagit tas-sena dieħla.
Qal li l-Oppożizzjoni trid baġit soċjali msejjes fuq miżuri li l-ġid verament jinqasam bejn firxa wiesa’ tas-socjeta’ u mhux kif seħħ fl-aħħar snin.

Fil-program 10Q, Clyde Puli jitkellem ukoll dwar temi ohra fosthom kif il-Partit Nazzjonalista jrid iktar ħaddiema inattivi li jidħlu fis-suq tax-xogħol flok jiżdiedu biss
il-ħaddiema barranin; kif qed jilħaq firxa usa tas soċjeta’ Maltija u jagħti rendikont ta kif qed jindirizza l-qagħda finanzjarja tal-Partit.