Lokali

Inċident b’2 jetskis; Raġel fil-periklu tal-mewt

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fuq il-baħar fl-Għadira, fil-Mellieħa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.00 ta’ waranofsinhar, meta għal xi raġuni żewġ jet skis daħlu ġo xulxin.

Il-jet skis kienu qed jinstaqu minn żewġ Ingliżi; wieħed ta’ 52 sena u l-ieħor ta’ 25 sena. Ir-raġel ta’ 52 sena ttieħed l-isptar, fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Astrid May Grima. L-investigazzjonjiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.