Lokali Transport

Ix-xita tieqaf…it-traffiku jippersisti

Konġestjonijiet f'Ħal Qormi u fi Triq il-Kosta

Dalgħodu numru ta’ sewwieqa reġgħu inqabdu f’konġestjoni ta’ traffiku f’diversi partijiet tal-pajjiż.

L-aktar żewġ postijiet fejn weħlu l-karozzi għal ħin twil kienu Ħal Qormi u Triq il-Kosta, direzzjoni lejn San Ġiljan. F’Ħal Qormi b’mod partikolari qed tkun rikorrenti l-konġestjoni fir-rotta lejn il-Ħamrun.

Anke f’zoni ċentrali bħall-Imsida u Ħ’Attard kien hemm traffiku imwaħħal għal ħin twil.

It-traffiku affetwa ukoll il-frekwenza tas-servizz tal-linja, b’diversi persuni jitħallew jistennew fuq l-istages għal aktar minn siegħa.

(Ritratt ta’ fuq: Maltese Roads Traffic Updates)