Lokali Qorti

Joe Gerada jċedi l-libell li kien fetaħ kontra Daphne Caruana Galizia

Konferma li ċeda l-każ dwar l-istorja tal-burdell fil-Ġermanja

Mill-ġdid fl-aħbarijiet l-istorja taż-żjara li kienu għamlu fil-Ġermanja l-Ministru Chris Cardona u l-konsulent Laburista Joe Gerada. Dan hekk kif dalgħodu fil-Qorti, Gerada ċeda l-libell li kien fetaħ kontra l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia illi fi Frar 2017 kienet żvelat il-każ ta’ Acapulco.

Fix-xhur li għaddew, kemm Joe Gerada kif ukoll il-Ministru Chris Cardona sofrew telfa fil-Qorti, meta l-Qorti preseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale, laqgħet it-talba tal-avukati ta’ Caruana Galizia biex tkun friżata d-‘data’ tal-mobile ta’ Gerada u Chris Cardona, liema informazzjoni tista’ twassal biex turi fejn kienu ż-żewġ persuni dakinhar tal-burdell.

Il-każ ta’ libell min-naħa ta’ Chris Cardona ukoll kien waqa’. Dan meta l-Ministru, f’Settembru, kien ħalla ż-żmien jgħaddi u ma kompliex bil-proċeduri fil-Qorti.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.