Il-Ħamis waranofsinhar ġew meħlusa 2 fjamingi fir-Riżerva Naturali tal-Għadira. Dawn ġew rijabilitati minn Sandra Cuevas u u Antony Luque mill-BirdLife Malta.
L-organizazzjoni stiednet lil Isaac Bezzina, it-tfajjel ta’ 10 snin li flimkien ma’ missieru salva wieħed mill-fjamingi mil ‘il barra fuq il-baħar minn Anchor Bay f’Awwissu, biex ħeles il-fjamingi fir-riżerva.
Bħala apprezzament, Nathaniel Attard, Communications’ Manager ta’ BirdLife Malta, ippreżentaw sħubija għal 3 snin lill-familja kollha u xi materjal stampat marbut mal-organizazzjoni non-governattiva.
//= $special ?>