Futbol Sport

UEFA NATIONS LEAGUE: Maddison, Sancho u Mount imsejħin mal-Ingilterra

Il-playmaker ta’ Leicester City, James Maddison, għall-ewwel darba, kien magħżul għal mal-iskwadra tal-Ingilterra li qed tħejji għall-konfronti li jmiss mal-Kroazja u Spanja fil-UEFA Nations League. Miegħu qed jiddebuttaw fl-iskwadra il-winger Jadon Sancho, li qed jaqta’ figura tajba ħafna ma’ Borussia Dortmund fil-Bundesliga u Mason Mount, il-plejer ta’ Chelsea li hu misluf lil Derby County.

Fil-fatt, Sancho, li għandu 18-il sena, hu l-ewwel plejer li twieled f’dan is-seklu li ssejjaħ għal mat-tim nazzjonali Ingliż. Intant, il-midfielder ta’ Chelsea, Ross Barkley, qed jirritorna mal-iskwadra għall-ewwel darba minn Mejju tal-2016.

B’kollox, l-iskwadra ta’ Gareth Southgate ( magħmulha minn 25 plejer) tinkludi sitta li ma lagħbu qatt mal-kbar tal-Ingilterra fosthom il-gowlkiper ta’ Fulham, Marcus Bettinelli; il-gowlkiper ta’ Southampton, Alex McCarthy u l-midfielder ta’ Watford, Nathaniel Chalobah.

L-iskwadra Ingliża

Gowlkipers: Marcus Bettinelli (Fulham); Jack Butland (Stoke City); Alex McCarthy (Southampton); Jordan Pickford (Everton).

Difensuri: Trent Alexander-Arnold (Liverpool); Joe Gomez (Liverpool); Harry Maguire (Leicester); Danny Rose (Tottenham); Luke Shaw (Man Utd); John Stones (Man City); James Tarkowski (Burnley); Kieran Trippier (Tottenham); Kyle Walker (Man City).

Midfielders: Ross Barkley (Chelsea); Nathaniel Chalobah (Watford); Eric Dier (Tottenham); Jordan Henderson (Liverpool); Mason Mount (Chelsea/Derby); Harry Winks (Tottenham).

Attakkanti: Harry Kane (Tottenham); James Maddison (Leicester); Marcus Rashford (Man Utd); Jadon Sancho (B. Dortmund); Raheem Sterling (Man City); Danny Welbeck (Arsenal).