Valletta kisbu l-ewwel punt fl-istorja tagħhom fir-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League, meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra ċ-champions tal-Ażerbajġan Araz Naxvican.
Konfront li fih kellhom jiġru wara l-logħba minħabba gowl bikri, iżda minkejja superjorità fil-pussess, naqsu li joħorġu rebbieħa. Waqt il-logħba kellhom ukoll erba’ minuti b’raġel aktar, wara li Araz kellhom plejer imkeċċi f’żewġ okkażjonijiet.
Araz fetħu l-iskor wara tliet minuti meta minn korner, kien Khatai Baghirov li għeleb lil Tornike Bukia b’xutt mill-ewwel. Valletta ġabu d-draw fid-29 minuta meta Camilo Gomez għadda tajjeb fuq il-lemin lejn it-Taljan Denis di Maio li xeħet fix-xibka mill-ewwel.
Valletta kienu sfortunati wkoll li laqtu l-lasta b’anqas minn minuta għat-tmiem, meta xutt ta’ Gia Nikvashvili ħabat mal-mimduda. Valletta jilagħbu l-aħħar logħba mill-grupp nhar is-Sibt fis-6.30pm kontra FK Vytis tal-Litwanja.
//= $special ?>