Omm u t-tifel tagħhom iddaħħlu fi sptar f’Napli wara li rriżulta li kienu morda bil-kolera.
It-tnejn huma minn Sant’Arpino u ftit ilu kienu żaru l-Bangladesh. L-uffiċjali mediċi qalu li kienu ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha u s-sitwazzjoni kienet taħt kontroll. Intqal li l-kundizzjoni tal-mara kienet tajba imma dik tat-tifel kienet gravi.
Dawn huma l-ewwel każi ta’ kolera ddokumentati fl-Italja mill-2008. Il-virus tal-kolera jista’ jdum ma jfeġġ minn ġurnata sa ħamest ijiem fi bniedem.
Żewġ każi ta’ kolera fl-Italja


