Ekonomija Lokali

EUROSTAT: Konfermata żieda fil-prezz tal-propjeta’

It-tieni l-akbar żieda fl-UE

Fit-tieni kwart tas-sena, f’Malta kellna it-tieni l-akbar żieda fil-prezz tal-propjeta’ minn madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Dan kien konfermat minn ċifri li ħarġu illum mill-EUROSTAT.

L-istatistika turi li meta tqabbel mal-ewwel tliet zhur tas-sena, il-prezzijiet tad-djar u l-appartamenti f’Malta żdiedu b’3.2 fil-mija. Fuq perijodu ta’ sena, iż-żieda kienet saħansitra akbar – 5.7 fil-mija.

Meta wieħed iħares lejn l-istatistika minn Lulju 2017, din kienet l-akbar żieda reġistrata fil-prezz tal-propjeta’.

Mill-pajjiżi kollha tal-UE kienet is-Slovenja biss li kellha qabża akbar fil-prezzijiet meta ikkomparat mal-perijodu Jannar-Marzu 2018.