Internazzjonali

Jgħeb il-kap tal-Interpol

Meng Hongwei

Hemm misteru dwar x’sar mill-kap tal-Interpol iċ-Ċiniż Meng Hongwei. Hu għeb wara li beda vjaġġ lura lejn art twelidu ċ-Ċina ġimgħa ilu u minn dakinhar ħadd ma reġa’ deher. Uffiċjali qalu li hu telaq minn Franza dirett lejn iċ-Ċina.
Il-mara tiegħu amrret tagħmel rapport mal-pulizija Franċiża fejn il-koppja tgħix peress li l-kwartieri ġenerali tal-Interpol huma f’Lyon.