Edukazzjoni Lokali

L-akkademiċi tal-Universita’ b’appoġġ sħiħ għall-għalliema

L-Università ta' Malta
"Hu ċar li l-warrants mhux se jibqgħu permanenti"

Ftit tal-ħin ilu l-UMASA, l-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-akkademiċi tal-Universita’, ħarġet tappoġġja l-azzjonijiet li ordnat l-MUT fid-dawl tal-Liġi l-ġdida tal-Edukazzjoni li jrid idaħħal il-Gvern – liġi li l-għalliema jriduha titwarrab kompletament.

L-UMASA qalet li din il-mossa tal-Gvern hi inaċċettabbli.

L-Assoċjazzjoni kritikat ukoll is-suppost “konsultazzjoni” li saret mill-awtoritajiet.