Edukazzjoni Lokali

L-ISTRAJK MHUX SOSPIŻ: “Il-Gvern qed jgħaddina biż-żmien”

L-għalliema urtati għall-mod kif qed jimxi magħhom il-Gvern

Wara li Joseph Muscat qabad u ħareġ fil-media (minn wara dahar l-MUT) jitkellem dwar żviluppi ġodda rigward il-kwistjoni pendenti tal-għalliema, illum wara nofsinhar il-Union tal-Għalliema iddeċidiet li tħalli l-laqgħat li kienu skedati mal-Ministeru. U dan minħabba l-mod kif qed jiġu trattati l-għalliema.

F’kummenti lil Net News, il-President tal-MUT Marco Bonnici qal li l-aġir tal-Gvern mhux aċċettabbli. “Din kienet laqgħa sensittiva, u l-mod kif qed niġu trattati mhu aċċettabli xejn”.

“Qed jgħadduna biż-żmien. Mhux se naċċettaw din l-attitudni tal-Gvern”, qal Marco Bonnici.

Sa issa kollox jindika li l-istrajk għadu se jsir.

Intant, illejla se jitlaqqa’ l-Kunsill tal-MUT biex jiddiskuti din il-materja.