Futbol Sport

RITRATTI: Draw medjokri bejn Ħamrun u Sliema 

(Ritratt: Joseph Galea)

ĦAMRUN SPARTANS……….. 0   SLIEMA WANDERERS……….. 0

Ħamrun: S. Cini, E. Pepe, T. Caruana, R. Nayar, C. Henneberg, M. Ganci (R. Darmanin 87′), M. Gauci, N. Doding Priso, K. Micallef, O. Nikolopoulos, C. Calil

Sliema: J. Galea, M. Mucciardi, K. Shaw, J. De Assis, N. Ashong, M. Sansone, E. Agius (M. Scerri 71′), G. Adamovic, JP. Farrugia (F. Temile 46′), S. Biacardi, Y. Marzouk

Imwissija: M. Gauci 55′, M. Ganci 57′, C. Calil 90′ (Ħ) E. Agius 39′, N. Ashong 65′ (S)

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees: Edward Spiteri, Christopher Francalanza

In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Mattias Mucciardi (Sliema Wanderers)

Attendenza: 529

Rapport: Keane Cutajar

F’partita li ddiżappuntat mill-bidu sal-aħħar tagħha, Ħamrun Spartans ħadu t-tieni draw konsekuttiv, filwaqt li għal Sliema Wanderers dan kien l-ewwel draw tal-istaġun li bih telgħu momentarjament fil-quċċata tal-klassifika flimkien mar-rivali Gżira li għandhom logħba anqas.

Żgur li din kienet partita li trid tintesa malajr miż-żewġ klabbs rispettivi bir-riżultat finali jkun wieħed ġust minħabba n-nuqqas ta’ inizjattiva kemm mill-Ispartans kif ukoll mill-Wanderers.

Giovanni Tedesco għamel tliet tibdiliet mill-ewwel ħdax li bihom l-Ispartans spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls kontra Mosta, fejn daħlu jilagħbu Triston Caruana, Massimo Ganci u Njongo Priso apparti Sean Cini bejn il-lasti li beda minnflok is-sospiż Manuel Bartolo.

Fuq in-naħa l-oħra, John Buttigieġ fil-ġurnata ta’ għeluq sninu, daħħal mal-ewwel ħdax lil Matias Muchardi u Younes Marzouk minnflok Frank Temile u Peter Xuereb.

L-ewwel taqsima ma offriet l-ebda azzjoni denja ta’ nota, b’ħafna mil-logħob ikun f’nofs il-grawnd biż-żewġ timijiet ikunu traskurati fl-aħħar terz mingħajr ebda xutt lejn il-lasti tul l-ewwel 45 minuta, biex l-ewwel taqsima għalqet bi skor ta’ 0-0. Żgur li kienet taqsima li ddiżappuntat lill-kowċis rispettivi kif ukoll lill-partitarji preżenti fil-Victor Tedesco Stadium.

It-tieni parti tal-partita reġgħet kienet waħda medjokri u kien biss fil-85 minuta li wasal l-ewwel xutt tal-logħba meta s-sostitut Mark Scerri ttanta xortih minn barra l-kaxxa, xutt li iżda kien ċentrali u pjuttost faċli għal Sean Cini li salva bla problemi.

Minuta minn tmiem il-partita, Sliema resqu viċin b’dik li kienet l-akar azzjoni denja, meta Stefano Biancardi ltaqa’ bir-ras ma’ kross ta’ Matias Muchardi bil-ballun jerġa’ jispiċċa f’idejn il-gowlkiper Ħamruniż biex il-logħba spiċċat kif bdiet.

(Ritratti: Joseph Galea)