Futbol Sport

Silvio Vella jsejjaħ l-iskwadra finali għall-aħħar żewġ impenji kontra l-Ungerija u Ċipru

(Ritratt: Joe Borg)

Il-kowċ nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għaż-żewġ partiti kontra l-Ungerija fit-12 ta’ Ottubru u kontra Cyprus erbat ijiem wara fis-Centenary Stadium. Dawn iż-żewġ logħbiet se jtemmu l-impenji tat-tim Malti fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. Fl-iskwadra magħżula ftit hemm bidliet mit-telfa ta’ 4-0 kontra l-Belġju u t-telfa ta’ 5-2 f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Georgia.

Minbarra l-għan li jikseb xi punt minn dawn il-logħbiet, Vella qed jaħdem ukoll biex jilgħab xi plejers li se jerġgħu jkunu miegħu f’kompetizzjoni oħra. Dawn jinkludu plejers bħal Andreas Vella, Jean Borg, Michele Sansone, Kurt Shaw, Myles Beerman, Nicholas Pulis, Matthew Guillaumier, Zach Brincat u Jan Busuttil.

Neqsin mill-iskwadra se jkun hemm Joseph Mbong, Juan Corbalan u Jake Grech li ntgħażlu mill-kowċ nazzjonali Ray Farrugia għaż-żewġ impenji tal-UEFA Nations League.

F’kumment li għadda lis-sit www.mfa.com.mt, Silvio Vella qal li jittama li jara aktar plejers żgħażagħ fil-kampjonat. “Il-plejers huma konċentrati u dedikati iżda n-nuqqas ta’ logħob fuq livell ta’ klabb hu ta’ tħassib għaliex iħalli effett negattiv kemm fil-match fitness kif ukoll mill-aspett mentali.”

Vella qal li jekk ikollhom prestazzjonijiet kif kellhom barra minn darhom kontra l-Ungerija u Ċipru, jinsab kunfidenti li jistgħu jieħdu xi ħaġa minn dawn il-logħbiet.

Skwadra finali

Gowlkipers: Jake Galea (Sliema Wanderers), Andreas Vella (Mosta)

Difensuri: Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Kurt Zammit (Birkirkara), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Nicholas Pulis (Valletta)

Midfielders: Myles Beerman (Birkirkara), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Nikolai Muscat (Gżira United), Yannick Yankam (Qormi), Zachary Scerri (Gżira United), Dylan Agius (Pietà Hotspurs), Dunstan Vella (Hibernians)

Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Zachary Brincat (Mosta), Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Kyrian Nwoko (Valletta), Christian Mercieca (Victoria Hotspurs)