Lokali

120 immigrant salvati mill-Forzi Armati fi triqthom lejn Malta

120 immigrant abbord patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta niżlu f’Xatt it-Tiben għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ dalgħodu. Mal-120 persuna li kien hemm abbord, kien hemm għadd ta’ rġiel, nisa u tfal fosthom mara li ttieħdet l-isptar b’ambulanza.

Fi stqarrija tal-Gvern, ilbieraħ bil-lejl intqal li waqt ir-rutina tas-soltu, s-suldati Maltin lemħu dgħajsa fiż-żona ta’ salvataġġ u tiftix Maltija. Jidher li l-magni tad-dgħajsa ma kienux jaħdmu għax tħalliet miexja għal riħha.