FLORIANA…………………… 4 SENGLEA A………………….. 1
Floriana: I. Akpan, A. Cini, C. Failla, E. Ruiz, J. Pisani, E. Marcelina (D. Agius 70’), S. Pisani, J. Cabral, A. Oyama (C. Borg 63’), M. Vella (P. Ronaldinho 80’), I. Varela
Senglea: M. Farrugia (P. Schranz 70’), B. Muscat, F. Salvati, I. Gonzalez, M. Garcia, F. Bramati (S. Amabile 46’), K. Cutajar (D. Micallef 61’), L. Grech, A. Caseres, R. Tcanturia
Imwissija: J. Pisani 12’ (F)
Skorjaw: J. Cabral 2’ (F), A. Caseres 31’ (S), I. Varela 40’ (F), E. Marcelina 53’ (F), M. Vella 66’ (F)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: William Debattista, Ivan Galea
Il-Mument Plejer tal-logħba: Juninho Cabral (Floriana)
Rapport: George Cassar
Floriana kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat meta ma sabux wisq ostakli minn Senglea Athletic biex rebħulhom b’differenza ta’ tliet gowls.
Għal Senglea dan huwa riżultat ieħor diżappuntanti hekk kif wara l-ħames gowls li sofrew ġimgħa ilu kontra Valletta, ilbieraħ dabbru erba’ oħra, biex komplew jikkonfermaw id-dgħjufija tagħhom f’kull dipartiment li qed tħallihom ankrati f’qiegħ il-klassifika. L-aħħar rebħa tagħhom fil-Premier tmur lura sitt xhur ilu bl-eżatt kontra Mosta.
Steve Pisani u Emerson Marcelina ħadu f’idejhom mill-bidu nofs il-grawnd ta’ Floriana li kellhom ukoll lil Juninho Cabral f’burdata tajba fuq in-naħa leminija tal-attakk. Erba’ mill-ħames gowls skurjati fil-partita kienu bir-ras.
Floriana skorjaw wara inqas minn żewġ minuti. Minn kross ta’ Steve Pisani, id-difiża ta’ Senglea ppruvat tbiegħed il-periklu bir-ras, iżda l-ballun spiċċa għand JUNINHO CABRAL li skorja kontra l-ekstim tiegħu mill-viċin. Ftit wara n-nofs siegħa logħob Senglea laħqu lill-avversarji meta minn kross mil-lemin ta’ Brandon Muscat, RENE CASERES għola ferm tajjeb u d-daqqa ta’ ras perfetta tiegħu għelbet lil Ini Akpan fir-rokna xellugija tiegħu.
Madankollu l-aħħar kelma tal-ewwel taqsima kienet tal-Furjaniżi li reġgħu marru minn fuq. Minn kross mix-xellug ta’ Clayton Failla, id-daqqa ta’ ras ta’ IGNACIO VARELA ħabtet mal-wieqfa u baqgħet sejra wara l-gowlkiper Matthew Farrugia.
Wara inqas minn għaxar minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, Floriana reġgħu skorjaw meta kross ieħor tal-captain Steve Pisani mil-lemin kien komplut għal ġewwa minn daqqa ta’ ras tajba ta’ EMERSON MARCELINA li ħabtet mal-mimduda qabel misset ix-xibka.
Qrib is-siegħa logħob il-pass ta’ Maurizio Vella ġab f’pożizzjoni tajba lil Ignacio Varela li iżda waħdu minn quddiem il-gowlkiper Farrugia tefa’ ftit barra. Fis-66 minuta Juninho Cabral ippersista b’azzjoni mil-lemin u MAURIZIO VELLA daħal għall-kross tiegħu u skorja bir-ras ukoll ir-raba’ gowl Furjaniż.
Floriana issa telgħu iktar lejn nofs il-klassifika filwaqt li Senglea jittamaw li l-waqfa mill-kampjonat tagħtihom ftit ċans biex jagħmlu t-tibdil meħtieġ biex jibdew jiksbu l-punti.
//= $special ?>