Lokali

Il-Gvern b’irtirata umiljanti għax ma ppjanax u ma kkonsultax – Il-Partit Nazzjonalista

Il-Gvern kellu jirtira ligijiet ewlenin dwar l-edukazzjoni ghax ma ppjanax u, flok ikkonsulta u qies sewwa l-konsegwenzi ta’ dak li kien se jaghmel, ipprova jghaddi romblu minn fuq il-Union tal-Ghalliema u d-drittijiet tal-membri taghha.

Fi stqarrija ffirmata mill-kelliem tal-Oppozizzjoni ghall-Edukazzjoni Clyde Puli, il-PN qal li din l-irtirata ma kinetx issehh kieku l-Gvern, f’ligijiet li huma sahansitra aktar importanti minn ftehim kollettiv, ikkonsulta lill-unions involuti minn qabel, b’mod genwin u bis-serjetà.

L-ghalliema llum jafu li, minkejja li daqq irtirata umiljanti, il-Gvern ried jhedded il-kisba ewlenija li ghamlu permezz tal-Partit Nazzjonalista meta kisbu l-istatus professjonali u tant titjib iehor li gawdew b’dan l-istatus matul l-ahhar 30 sena, ittemm l-istqarrija.