Futbol Sport

Il-kowċ nazzjonali Taljan Roberto Mancini jsejjaħ skwadra ta’ 28 plejer

Roberto Mancini (Ritratt: EPA)

Il-kowċ nazzjonali Taljan Roberto Mancini sejjaħ skwadra ta’ 28 plejer għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Ukrajna fl-10 ta’ Ottubru u l-logħba mill-UEFA Nations League kontra l-Polonja fl-14 ta’ Ottubru.

Fost l-għażla ta’ Mancini, jispikka r-ritorn ta’ Sebastian Giovinco wara assenza ta’ tliet snin. Irritornaw ukoll Patrick Cutrone u Francesco Acerbi filwaqt li ssejjaħ għall-ewwel darba ġie mgħajjat Gianluca Caprari. Neqsin mill-iskwadra hemm Andrea Belotti, Matteo Politano u Mario Balotelli li tħalla barra wkoll mill-kowċ ta’ Nice Patrick Vieira għal kontra Toulouse.

Minkejja li Cutrone għadu ma kienx inkluż darba mal-ewwel ħdax f’dan l-istaġun, irnexxielu jiskorja tliet gowls minn 85 minuta li lagħab f’partiti differenti. Balotelli fuq in-naħa l-oħra kellu bidu ta’ staġun diffiċli hekk kif għadu ma skorjax fit-tliet partiti li għadda. Hu tilef xi logħbiet minħabba li kien sospiż u wara li weġġa’ mat-tim nazzjonali fejn saħansitra ma lagħbx kontra l-Portugall, it-tim tiegħu sofra żewġ telfiet.

L-iskwadra proviżorja

Gowlkipers: Alessio Cragno (Cagliari), Gianluigi Donnarumma (Milan), Mattia Perin (Juventus), Salvatore Sirigu (Torino)

Difensuri: Francesco Acerbi (Lazio), Cristiano Biraghi (Fiorentina), Leonardo Bonucci (Juventus), Giorgio Chiellini (Juventus), Domenico Criscito (Genoa), Danilo D’Ambrosio (Inter), Emerson Palmieri (Chelsea), Alessandro Florenzi (Roma), Alessio Romagnoli (Milan)

Midfielders: Nicolò Barella (Cagliari), Federico Bernardeschi (Juventus), Giacomo Bonaventura (Milan), Roberto Gagliardini (Inter), Jorginho (Chelsea), Lorenzo Pellegrini (Roma), Marco Verratti (Paris Saint Germain)

Attakkanti: Domenico Berardi (Sassuolo), Gianluca Caprari (Sampdoria), Federico Chiesa (Fiorentina), Patrick Cutrone (Milan), Sebastian Giovinco (Toronto), Ciro Immobile (Lazio), Lorenzo Insigne (Napoli), Simone Zaza (Torino)

Tags