Diversi nies, Furjaniżi u oħrajn minn għaqdiet u entitajiet differenti, għaddew il-ġurnata tas-Sibt inaddfu l-Furjana.
L-inizjattiva “Żomm l-Indafa fil-Floriana” kellha żewġ skopijiet: li titnaddaf il-lokalità biex ir-residenti u dawk li jiffrekwentawha jgħixu f’ambjent isbaħ u li l-ġbir tal-iskart wassal biex diversi entitajiet jingħaqdu għal għan tajjeb.
L-attività ttellgħet ġimgħa qabel attività oħra organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Furjana, “Ġenna ta’ Ġonna”.
Ma’ NET News tkellem mal-Minority Leader fil-Kunsill Lokali tal-Furjana, James Aaron Ellul fejn stqarr li sfortunatament, il-lokalità tal-Furjana għandha numru ta’ problemi u ta’ periklu għar-residenti u dawk li jżuru l-Furjana.
U hekk kif il-ġimgħa d-dieħla, il-Furjana mistennija tilqa’ numru kbir ta’ persuni li ta’ kull sena jattendu għal “Ġenna ta’ Ġonna”, James Aaron Ellul spjega aktar dwar din l-attività.
Il-Ħadd, 14 ta’ Ottubru, “Ġenna ta’ Ġonna” se tkun qed tgħati l-opportunità biex wieħed iżur diversi siti storiċi li jinsabu fil-Furjana, filwaqt li se tkun qed tingħata l-ħajja lil diversi ġonna li jsebħu lil din il-lokalità.
//= $special ?>