Lejl trawmatiku għal persuni li ħassew it-theżżiż qawwi fl-inħawi ta’ Katanja – dan hekk kif terremot heżżeż iż-żona madwar l-Etna, fejn immarka saħħa ta’ 4.8 fuq l-iskala Richter.
It-terremot seħħ għall-ħabta tas-2.30 tas-Sibt filgħodu, u kkawża ħsara konsiderevoli fil-villaġġi u l-irħula tal-madwar, fejn anke ġġarrfu diversi binjiet.
Madanakollu, jidher li l-persuni tal-villaġġi rurali lifihom intlaqtu l-aktar, weġġgħu ħafif biss u kien hemm wħud oħra li sofrew xokk minn dak li seħħ. Skont il-gazzetti Taljani, jidher li hekk kif inħass it-terremot in-nies taż-żoni affetwati ħarġu fit-toroq fi stat ta’ paniku.
Bħalissa għaddejja ħidma mill-carabinieri u mill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili.
//= $special ?>