Numru ta’nies indarbu ħafif wara li terremot li kien jimmarka 4.8 fuq l-Iskala Richter laqat il-provinċja ta’ Katanja fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.
Ir-rapporti indikaw l-epiċentru tat-terremot f’zona ċrib Santa Maria di Licodia (fil-provinċja partikulari), bit-theżżiż tal-art ewlenija tinħass ukoll fl-inħawi ta’ Ragusa, Acireale, Messina u Paterno, flimkien ma’ komunitajiet oħra.
Intant, ftit qabel it-terremot kienu seħħew żewġ theżżiżiet tal-art oħra, b’theżżiża oħra ‘sekondarja’ tinħass anki xi minuti wara t-terremot proprju.
Fl-aħħar sigħat l-awtoritajiet provinċjali kienu qed iwissu għal kawtela meta ma setgħux jeskludu l-potenzjal ta’ aktar theżżiż.
L-istampa Taljana żvelat li ddaħħlu l-isptar għexieren ta’ persuni li ndarbu ħafif jew sofrew l-attakki tal-paniku b’konsegwenza tat-terremot. Madankollu, b’xorti tajba, ma jidhirx li kien hemm l-imwiet. Fil-fatt, skont l-aħħar rapporti, ħafna mill-midruba ntbagħtu lura d-dar wara li kienu trattati għall-ġrieħi li ġarrbu.
Sadanittant, kien ikkonfermat li t-terremot ikkaġuna l-ħsarat strutturali lill-Knisja ta’ Santa Maria di Licodia, iżda l-awtoritajiet qalu li l-ħsarat, fuq livell ġenerali, ma kenux daqstant kbar, filwaqt li ‘limitati għal xi residenzi u strutturi antiki’.
//= $special ?>

