GŻIRA UNITED………………….. 1 QORMI……………………… 0
Gżira: J. Haber, J. Corbalan, R. Soares, F. Barbosa Pereira (L. Brincat 76’), S. Borg (T. Veronese 46’), Z. Scerri (N. Muscat 72’), R. Briffa, A. Cohen, E. Bilbao Zarate, H. Garba, J. Pereira da Silva
Qormi: J. Azzopardi, A. Abela, L. Adamec, D. Mansi, A. Cassar (G. Gesualdi 64’), K. Soares (A. Ferreira 83’), Y. Yankam, K. Seo In, M. Camilleri (L. Busuttil 73’), M. Borg, T. Gusman
Imwissija: J. Pereira da Silva 49’, R. Briffa 68’, J. Corbolan 70’, Z. Scerri 71’ (G), G. Gesuladi 76’ (Q)
Tkeċċew: T. Gusman 71’, G. Gesualdi 81’ (Q)
Skorja: H. Garba 79’ (G)
Referee: Darryl Agius
Assistenti Referees: Luke Portelli, Dusan Petrovic
Il-Mument Plejer tal-logħba: Juan Corbalan (Gżira United)
Nuqqas ta’ attenzjoni fid-difiża ta’ Qormi, ta tliet punti prezzjużi lil Gżira United li bihom kabbru d-distakk fil-quċċata tal-klassifika għal tliet punti fuq Sliema Wanderers. Prestazzjoni mhux brillanti mill-Gżirjani li naqsu li jassedjaw id-difiża avversarja, minkejja superjorità evidenti.
Fl-ewwel taqsima, Gżira kellhom il-pussess tal-logħba iżda naqsu li jsarrfu s-superjorità territorjali f’azzjonijiet lejn il-lasta. Kien Juan Corbolan li minn pożizzjoni ta’ difensur laterali, kien l-aktar plejer li ħoloq periklu.
Corbolan ħoloq l-ewwel azzjoni fit-12-il minuta b’azzjoni personali li fiha ġibed lejn ix-xellug u prova b’xutt minn pożizzjoni ċentrali, li ntemm fuq il-lasta. Iż-żagħżugħ Malti reġa’ prova fit-43 minuta b’konklużjoni bix-xellug li kienet fjakka u ma kinitx ta’ problema għal Azzopardi.
Gżira baqgħu jattakkaw fit-tieni taqsima, bil-kowċ Darren Abdilla jdaħħal lil Thomas Veronese flok Sacha Borg biex jagħti aktar spinta mid-difiża. Fis-56 minuta, Rodolfo Soares mar viċin b’daqqa ta’ ras li għaddiet ftit barra wara kross ta’ Edison Bilbao Zarate.
Qormi kellhom ċans tad-deheb żewġ minuti wara meta Tensior Gusman irċieva mil-lemin u b’xi mod qabeż lil Rodolfo Soares, iżda minkejja li kien f’qagħda ideali x-xutt tiegħu kien fjakk u spiċċa barra.
Il-logħba ħadet żvolta fis-70 minuta f’minuti ta’ tensjoni. Gżira pprotestaw għal free-kick viċin il-kaxxa fuq Juan Corbalan, iżda fost il-protesti ħorox ta’ Gżira, ir-raba’ uffiċjal Sandro Spiteri ġibed l-attenzjoni tar-referee Darryl Agius li wera karta safra lil Zach Scerri u karta ħamra lil Tensior Gusman.
Gżira rnexxielhom jiskorjaw il-gowl li spiċċa biex tahom ir-rebħa bl-aktar mod mhux mistenni. Kien nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn il-gowlkiper Jamie Azzopardi u d-difensur Davide Mansi, b’Azzopardi joħroġ biex jaqbad il-ballun filwaqt li Mansi mess il-ballun biex iqassam lill-gowlkiper. HARUNA GARBA ħa vantaġġ ta’ dan u kellu biċċa xogħol faċli biex jiskorja f’lasta vojta mill-kaxxa ż-żgħira.
Qormi sfaw jilagħbu b’disa’ plejers fil-81 minuta meta s-sostitut Gaetano Gesualdi ntwera t-tieni karta safra. Jorginho prova jniżżel ismu fost l-iskorers f’żewġ okkażjonijiet lejn it-tmiem, l-ewwel b’xutt li kien salvat tajjeb minn Azzopardi, biex żewġ minuti wara x-xutt tiegħu għadda għoli. Qormi saħansitra spiċċaw il-logħba bi tmien plejers wara li weġġa’ Davide Mansi.
//= $special ?>