Lokali

Il-Ministru tal-Edukazzjoni jkompli jgħajjar lill-edukaturi – Clyde Puli

Il-Ministru Evarist Bartolo dalgħodu fiż-Żejtun kompla jgħajjar lill-edukaturi meta qal li l-istrajk li kien se jsir għada kellu raġunijiet oħrajn u mhux il-liġijiet li ressaq hu stess bla konsultazzjoni ta’ xejn.

Dan saħqu l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, l-Iżvilupp Uman u l-Ħiliet għas-Seklu 21, Clyde Puli hekk kif spjega li flok jammetti li kellu jagħmel irtirata umiljanti għax għaffeġ waħdu, il-Gvern qed jgħajjar lill-għalliema u lill-unions tagħhom flok iwiegħed li ma jerġax jipprova jhedded il-kisbiet kbar tal-edukaturi permezz tal-Partit Nazzjonalista.

Is-sulfarina li xegħlet lill-edukaturi din il-ġimgħa kienet f’idejn il-Gvern stess: it-tneħħija tal-warrant lill-għalliema u l-ħabi wara l-paraventu ta’ bordijiet mimlijin nies maħturin mill-Gvern stess.

Il-Ministru Evarist Bartolo jammetti li fl-iskejjel hemm ħafna aktar problemi