Il-problemi fit-trasport ġew trattati ukoll mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport u l-Infrastruttura, Toni Bezzina, li qal li l-Gvern hu tant mhedi jaqdi l-erbgħa tal-qalba, li ġie jaqa’ jqum mis-soċjetà Maltija. Li ma kienx għall-għaqal u d-determinazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, kieku mhux qegħdin ingawdu minn 2.5 biljun ewro ta’ fondi f’proġetti ta’ toroq u infrastruttura.
It-twaqqif ta’ Infrastructure Malta hija konferma li l-Gvern ma jemminx fil-Kunsilli Lokali u neħħielhom il-poteri:
“Illum ġejna f’sitwazzjoni biex issirlek triq, trid tkun ħabib ta’ xi Ministru u trid tmur għandu biex jagħmillek it-triq. Dan il-Gvern reġa’ ġabna tallaba tal-Ministri.”
Toni Bezzina temm jisħaq li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Adrian Delia, hi li b’diskussjoni u djalogu, f’Malta jkollna sistema ta’ trasport affidabbli li permezz tiegħu wieħed jasal fl-iqsar ħin possibli u puntwali.
//= $special ?>