Petting Farm f’Ta’ Qali l-Ħadd ġiet organizzata attività annwali għall-familja kollha, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Annimali. L-iskop ta’ din l-open day hu li jitqajjem għarfien edukattiv dwar l-annimali u l-benefiċċji tar-relazzjoni bejn il-bniedem u l-annimali. Din is-sena kienet l-ewwel darba li saret fil-petting farm f’Ta’ Qali, fejn fi snin ta’ qabel kienet tittella’ ġewwa l-Għammieri.
L-attività nfetħet mid-Direttur tal-Ħarsien tal-Annimali Noel Montebello fejn spjega ħidmet id-direttorat fil-Qasam tal-Ħarsien tal-Annimali f’pajjiżna.
Fost il-maġija, crafts u logħob għat-tfal kif ukoll bil-parteċipazzjoni ta’ diversi kantanti u żeffiena, kull min attenda seta’ jara u jmiss diversi annimali fosthom; klieb, fniek, papri u diversi annimali oħra.
Preżenti kien hemm ukoll id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fejn ingħatat informazzjoni dwar l-adozzjoni tal-klieb. Kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ diversi NGOs fosthom l-IslandSancturay, it-Tommasina Cat Sanctuary, il-Malta Rabbit Club, il-Malta Herpetoligical Society, l-Animal Rights Group u Noah’s Ark.
Dan kollu filwaqt li kien hemm ukoll it-tberik tal-annimali, u wirja tal-klieb mis-sezzioni tal Pulizija kif ukoll diskussjoni mħejjija mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
//= $special ?>



















