Kmieni l-Ħadd filgħaxija, 97 immigrant ġew salvati madwar 40 mil nawtiku ‘l barra min-nofs in-nhar tal-gżejjer Maltin, wara li d-dinghy kien qed jegħreq.
Fi stqarrija, il-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-immigranti ddaħħlu Malta matul is-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
Intant il-Ħadd filgħodu f’Xatt it-Tiben fil-Floriana, iddaħħlu 120 immigrant iehor abbord patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta. Ma’ dan il-grupp kien hemm diversi nisa u tfal, fosthom mara li ttieħdet l-isptar b’ambulanza.
//= $special ?>