Lokali

Mijiet ta’ muturi b’risq pazjenti morda bil-kanċer fis-sider

Mijit ta’ sewwieqa tal-mutur dalgħodu pparteċipaw f’edizzjoni oħra tal-Pink October Bike Ride.

Diversi muturi telqu mill-inħawi magħrufa bħala ta’ San Luċjan, f’Birżebbuġa sabiex, għall-ewwel darba, saqu lejn il-gżira Għawdxija, ixejru l-imkatar roża.

L-attività saret b’rabta mal-kampanja Pink October, organizzata mill-Fondazzjoni Marigold b’risq pazjenti morda b’kanċer fis-sider.

Ritratti: IRIS