Internazzjonali

Terremot fatali fil-Haiti

Tal-anqas għaxar persuni tilfu ħajjiethom minħabba terremot li ħakem it-Tramuntana tal-Haiti.
It-terremot kellu l-qawwa ta’ 5.9 fuq l-Iskala Richter u kien l-aktar wieħed qawwi li laqat dan il-pajjiż minn mindu fl-2010 kien hemm terremot li ħalla aktar minn 200,000 persuna mejta.
Mhux qed ikun eskluż li n-numru tal-vittmi jiżdied u l-President President Jovenel Moise ħeġġeġ il-popolazzjoni għall-kalma.
L-US Geological Survey qal li l-epiċentru tat-terremot kien madwar 19-il kilometru minn Port-de-Paix.