Memo interna indirizzata lill-istaff kollu tal-Isptar Monte Carmeli ddaħħal fis-seħħ ordni biex b’effett immedjat jinqata’ t-tipjip tal-brim kollu f’kull parti tal-istess sptar.
Proprju l-kwistjoni tat-tipjip fl-Isptar Monte Carmeli kienet is-suġġett tal-programm investigattiv ‘Sorsi Infurmati’ li kien imxandar nhar l-Erbgħa li għadda fuq l-istazzjon tat-televiżjoni Net TV.
Dakinhar omm ta’ pazjent ilmentat kif meta marret b’binha għall-kura f’dan l-Isptar sabet kullimkien foga tas-sigaretti. Meta lmentat dwar dan, hi kienet redikolata u saħansitra qalulha li f’dan l-Isptar hu permess it-tipjip u jekk kellha xi diffikultà dwar dan, allura tirritorna minfejn kienet marret… jiġifieri titlaq ‘il barra.
Fil-Memo Interna iffirmata minn Stephen Sultana, L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Isptar Monte Carmeli, testwalment jingħad li:
“Staff are requested to note that with immediate effect, the use of loose tobacco will be strictly prohibited in all hospital grounds.
“Strict surveillance will also be intensified in wards/units and only sealed packets of cigarettes will be allowed. All members of staff are expected to adhere to these restrictions. A very serious view will be taken for failure to abide by the above.”
Sadattant iżda jidher li għalissa għadu permess it-tipjip tas-sigaretti normali li jinxtara fil-kaxxi u li qiegħed ikun ta’ inkonvenjent għal dak kollha li jkunu fl-istess Sptar Monte Carmeli. Bla dubju li l-istess sigaretti la huma ta’ ġid għal saħħet il-pazjenti, la ta’ ġid għal saħħet l-impjegati u anqas ta’ ġid għal saħħet il-viżitaturi.
//= $special ?>