– Edwin Vassallo, PN
Fil-parlament id-deputat Edwin Vassallo qal li l-gvern qed jagħżel sistema ta’ ekonomija mibija fuq i1-cheap labour u sostna li bla dubjudan mhux l-aqwa żmien gall-familji b’pagi baxxi. Hu kkwota lil Yana Mintoff li ddikjarat li l-ekonomija Maltija hi mibnija fuq ic-cheap labuour u l-prekarjat; dan mhux tajjeb għall-ħaddiema u għas-soċjetà.
L-istatistika turi li fl-2016 żdied n-numru tan-nies li jistgħu jaqgħu taħt ir-riskju ta’ faqar; 72,143 persuna. Fil-Gvern hemm min jiekol b’erbat iħluq iżda hemm barra is-sitwazzjoni hi differenti. L-istatistika tikkonferma s-sitwazjzoni. Wara l-ewwel budget numru ta’ soċjalisti kienu kitbu lill-gvern fejn qalulu li l-PL qed jitlaq ir-ruħ soċjali tiegħu għax qed jakkomoda lill-kuntratturi l-kbar u jwarrab lill-ħaddiema.
Hu tkellem dwar il-wegħdi mhux miżmuma tal-PL fosthom dik tal-living wage li llum lanqas biss tissemma. Il-barrani għandu tkun tratta tajjeb daqs il-Maltin waqtli l-Maltin ikollhom garanziji meħtieġa.
Dan il-gvern sab biljun Ewro ill-UE; grazzi lill-PN għax hu ma ridux. Hu qal li l-gvern qed jibbaża l-ekonomija fuq aspett superfiċjali fosthom il-bejgħ tal-passaporti. it-tabbir ekonomiku hu riżultat ta’ żieda fil-popolazzjoni. Il-gvern se jdaħħal 70,000 barrani f’Malta biex isostni l-industrija tal-kostruzzjoni. Il-gvern bilfos se jkollu jibqa joħroġ il-permessi tal-bini għaliex mhux joħloq impjiegi ta’ valur miżjud. Dan mhux l-aqwa żmien għax Malta jixiriqilha gvern li għandu viżjoni.
//= $special ?>