Ġermaniż ta’ 56 sena tilef ħajtu traġikament tard ilbieraħ bil-lejl wara li aktar kmieni ittella’ mitluf minn sensih mill-bajja ta’ Għar Qawqla, fil-limiti ta’ Marsalforn.
Kien għall-ħabta tas-1:30pm meta l-Pulizija ġew infurmati li ittella’ raġel mill-baħar bl-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Aktar tard għall-ħabta tat-8pm il-Ġermaniż miet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassitu fl-inkjesta.
//= $special ?>