Ix-xahar id-dieħel, il-Formula 1 mistennija tħabbar iż-żieda tal-Grand Prix tal-Vjetnam biex tidħol fil-kalendarju tal-2020, b’rapporti fil-media internazzjonali qed jindikaw li l-ftehim intlaħaq. Il-pajjiż Asjatiku ilu jissemma li jinsab fil-mira tas-sidien tal-Formula 1 Liberty Media, b’post ta’ ftit aktar minn seba’ mili fil-puntent ta’ Hanoi jiġi identifikat li jsir ċirkwit li jkun ibbażat parzjalment fit-triq.
Id-diskussjonijiet avvanzaw malajr wara l-kwinti u rapporti fil-Grand Prix tal-Ġappun il-ġimgħa nsistew li l-ftehim intlaħaq biex l-avveniment jibda fl-2020. Ix-xahar id-dieħel hu mistenni li titħabbar iż-żieda fil-kalendarju, żieda li tkun l-ewwel waħda minn kemm Liberty Media ilhom li ħadu t-tmexxija tal-isport.
Id-direttur tat-tiġrijiet tal-Formula 1 Charlie Whiting żar il-lokazzjoni ta’ Hanoi qabel il-Grand Prix tal-Ġappun, u qal li ma kellux dubji li l-faċilitajiet se jkunu lesti. “Is-sit kien identifikat iżda m’hemmx progress attwali biex jinbena ċ-ċirkwit. Id-disinn jinsab fi stadju avvanzat u sa fejn jien konxju, qed jimmiraw għal tiġrija fl-2020. Dik ma għandix tkun problema bbżata fuq l-esperjenza passata.”
Whiting ikkonferma li ċ-ċirkwit se jkun parzjalment ibbażat fuq it-toroq pubbliċi kurrenti, iżda se jkun hemm sezzjoni ġdida mibnija speċifikament għat-tiġrija. Hu kompla li se tinbena parti miċ-ċirkwit li bħalissa ma teżistix, iżda wara dan se ssir triq.
//= $special ?>