Edukazzjoni Lokali Parlament

“Il-Gvern kien kostrett jirtira” – Clyde Puli

Mossa li kienet bla preċedent

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal fil-parlament li l-intenzjoni tal-Gvern kienet li jibqa’ għaddej romblu minn fuq l-għalliema iżda l-għalliema waqfulu.

Fi stqarrija parlamentari l-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li hu ta sodisfazzjon li llum kienet ġurnata normali tal-iskola. Hu qal li bħala ġest ta rieda tajba l-Gvern irtira l-liġi kontroversjali u ta dettalji tad-diskussjonijiet li kellu mal-MUT.

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal li din kienet li twalet mhux ħażin. Hu sellem lill-għalliema għax-xogħol li għamlu u espriema sodifazzjon li ma sarx strajk. L-Oppożizzjoni hi mħassba miċ-ċentralizzazzjoni li qed iħaddan il-gvern. L-irtirar tat-tliet abbozzi ta’ liġijiet hi xi ħaġa bla preċedent; liema liġi suppost għaddiet mill-analiżi tal-esperti qablet ressqet il-parlament. M’għandhiex sodisfazzjon li qamet kwistjoni li kienet inutli propju fil-Jum Dinji tal-Għalliema. L-MUT iddikjarat li l-professjoni tagħha kienet taħt assedju.

Dan minflok li l-gvern kompla jibni fuq 30 sena ta’ inizjattivi. Il-liġijiet ġew irtirati mhux għax il-Gvern jima iżda għax il-gvern ried jgħaddi romblu minn fuq l-għalliema. Dawn kienu liġijiet li huma devalwazzjoni tal-professjoni tal-għalliema, li għallmuna li min jpprova jgħddi minn fuqek għanek tieqaflu.

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li għad hemmt tfal li għad m’għandhomx trasport b’xejn. Hu staqsa kemm fadal minn dawn it-tfal u x-soluzzjonijiet hemm.

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li fl-università l-kors tal-għalliema hu ta’ Masters għalkemm infetħet sistema ta’ livell iktar baxx. Hi staqsiet jekk jistax ikun clash bejn dawn iż-żewġ korsijiet.

Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi qal li l-gvern mhux iżomm il-wegħda tiegħu għal skejjel ġodda f’Marsacala, San awl il-Baħar, Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi flimkien mal-iskola primarja tar-Rabat Gaħwdex.

Il-Minisrtu Bartolo qal li l-Gvern ma kellux intenzjoni jinganna u sostna li l-poter dwar il-wararnts se jkun għand il-Kunsill tal-Għalliema u mhxu għand il-Ministru tal-Edukazzjoni. Il-Gvern qed jipproponi li jiżdiedu l-pieni fuq min jaggredixxi lill-għalliema. Il-Gvern għamel ftehim settorjali mal-edukaturi li tahom id-dinja biex ma jibqgħux fil-qigħ.

Wasal iż-żmien li l-Istat u l-Knisja jergħu jiddiskutu n-numru ta’ djar vojta li jistgħu jintużaw għal skopijiet sojali u tajbin. Il-bini tal-iskejjel jinsab għaddej iżda hemm problema serja minħabba li qed isir skedar ta’ skejjel kif sar fl-Imsida.