Lokali Qorti

Il-Liġi ta’ Owen Bonnici sfiduċjata mill-Qorti

Il-Qorti tordna li l-Kummissjoni Elettorali ma tistax tkun investigatur u mħallef fil-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti

Il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-Kummissjoni Elettorali ma tistax taqdi rwol ta’ investigatur u imħallef f’każijiet ippreżentati taħt il-liġi dwar il-finanzjament tal-partit.

Il-qorti laqgħet appell mill-Partit Nazzjonalista wara li qorti inferjuri kienet ċaħdet it-talba tagħha biex twaqqaf lill-Kummissjoni Elettorali milli tinvestiga fuq irregolaritajiet suspettati f’donazzjonijiet.

Il-Qorti Kostituzzjonali, ippreseduta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u l-imħallfin Giannino Caruana Demajo u Noel Cuschieri f’dikjarazzjoni ta’ 119-il paġna qalet li l-Kummissjoni Elettorali ma setgħetx tilgħab ir-rwol ta’ investigatur u imħallef.

Wara li investigat kwalunkwe ilment imressaq quddiem l-attenzjoni tagħha, il-Qorti ddeċidiet li l-Kummissjoni ma tistax tiddeċiedi dwar il-kwistjoni u barra minn hekk timponi penali. Jekk dawn is-setgħat, bħal dawk mogħtija lill-Kummissjoni taħt l-Att dwar il-Finanzjament tal-Partit, jitħallew joqgħodu, imorru kontra l-kunċetti fundamentali ta’ “indipendenza u imparzjalità” kif inkorporati fi ħdan il-Kostituzzjoni.

Fir-rigward tat-twaqqif ta’ sottokumitat f’termini tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partit, dan ukoll imur kontra d-drittijiet fundamentali peress li ma kellux il-bażi kostituzzjonali u konvenzjonali meħtieġa biex jiżgura li d-dritt għal smigħ xieraq kien salvagwardjat.

Il-qorti ċaħdet appell mill-Avukat Ġenerali, li tiddikjarah responsabbli għall-ispejjeż tal-każ quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kif ukoll parti mill-ispejjeż tal-appell. B’hekk issa l-Ministru Owen Bonnici se jkollu jemenda l-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti Politiċi.

Għall-Partit Nazzjonalista deher l-avukat Jason Azzopardi. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli u l-President tal-Eżekuttiv Mark Anthony Sammut li rrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista.