Wasal Malta l-Isqof tad-djoċesi ta’ Darwin, l-Awstralja, l-Isqof Malti Charles Gauci.
Huwa kien milqugħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-Isqod Awżiljarju Joseph Galea-Curmi kif ukoll mill-Monsinjur Philip Calleja, il-Monsinjur Alfred Vella u minn qrabatu.
Matul iż-żjara tiegħu f’pajjiżna, l-Isqof Gauci ser ikun qed iżur fost oħrajn lill-Kummissjoni Emigranti, lis-Soċjetà tal-MUSEUM kif ukoll lir-residenti tad-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi.
//= $special ?>