– Maria Deguara, PN
Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara qalet li xi żmien ilu ġejna nfurmati li s-sessjoni ta’ parlament ta’ nhar ta’ Erbgħa kienet ser tibda fl-4 p.m. u l-intenzjoni jew aħjar ir-raġun kienet biex il-parlament Malti jkun aktar family friendly. L-ewwel reazzjoni ta’ ħafna mill-membri miż-żewġ naħħat tal-Kamra kienet pjuttost waħda bierda però kulħadd ried jara kif ser tiżvolġi.
L-aktar li oġġezzjonaw fis-skiet kienu numru ta’ professsjonisti sew irġiel kif ukoll nisa miż-żewġ naħat tal-Kamra li skond l-abitudini jiftħu l-uffiċji tagħhom bejn l-4 pm u s-7 pm. Il-maġġoranza tal-membri ta’ din il-Kamra huma part timers u allura jiddepedu fuq il-ħobża ta’ kuljum mil-professjoni li jipprattikaw aktar milli fuq l-onorarju. Membri oħra li għandhom impieg, anke jekk ma humiex professjonijsti u li ġeneralment jaħdmu siegħat normali matul il-ġurnata, żġur li ma jiqfux jaħdmu wara l-4 pm. Ħafna minnhom ikollhom xogħol part time wara li jispiċċaw ix-xogħol sa tard filgħaxija.
Issa ftit ġimgħat qabel reġa fetaħ il-parlament smajna, aktar milli ġejna nfurmati, li mill-ewwel ta’ Ottubru ta’ din is-sena, anki kull nhar ta’ Tlieta l-parlament kellu wkoll jibda fl-4 pm u tispiċċa fis-7 pm biex suppost ikun aktar family friendly.
Għajdut infurmati sewwa jsostnu li mil-bidu tas-sena dieħla il-parlament ser jibda jiltaqa’ t-tnejn, it-tlieta kif ukoll l-Erbgħa mill-4 pm sas-7 pm, ukoll biex ikun aktar family friendly.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li m’għandha l-ebda dubbju li l-maġġoranza ta’ dawk li pproponew din il-bidla huma primarjament irġiel li xogħlhom u r-responsabiltà lejn il-familja hi eskussivament dik li jaħdmu u jaqilgħu l-paga biex imantnu l-familja. Minkejja li fit-tejorija idealment ix-xogħol fid-dar jinqasam ugwalment bejn ir-raġel u l-mara, il-biċċa l-kbira tar-responsabilta’ għat-trobbijja tat-tfal taqa’ esklussivament fuq il-mara.
Għandi dubji serji kemm mill-membri rġiel ta’ din il-Kamra iqumu filgħodu jipprepraw lil uliedhom għal-iskola,kemm jippreparawlhom il-kolazzjon u ikel ieħor għal waqt il-break, kemm minnhom iwasslu u jiġbru lil uliedom mil-iskola meta dawn jispiċċaw wara nofs inhar, kemm minnhom jippreparaw l-ikel għalihom qabel ma jaslu lura d-dar, kemm minnhom joqogħdu ma’ uliedhom waqt li jagħmlu l-homework, kemm minnhom iwasslu lil uliedom għal privat u għad-dutrina,kemm minnhom jeħduhom għal birthday parties ta’ tfal sħabhom ukemm minnhom jippreparaw iċ-ċena għall-familja u kemm minnhom jaħslu lil uliedom u jippreparawhom qabel ma jorqdu.
Nissuspetta li ftit li xejn minn dawk li ipproponew dawn ‘l hekk imsejħa family friendly measures ma realizzaw li dawn l-affarijiet kollha mara jew omm tagħmilom bejn nofsinhar u tmienja ta’ fil-għaxija ta’ kulljum u tul il-ġimgħa sħieħa. Jekk is-seduti kollha se jibdew isiru kmieni allura dan sa jservi ta’ disinċentiv, biex numru akbar ta’ nisa jitħajjru jagħtu sehemhom lejn il-ġid komuni tas-soċjata’ tagħna.
Fil-parti l-kbira tal-każi fil-familja Maltija, hija l-omm li tieħu l-uliedha għal dawn l-attivitajiet għax ġeneralment l-irġiel jkunu għadhom xogħol. Bis-sistema l-ġdida li qegħed tiġi introdotta membri irġiel xorta waħda ser jirritornaw lejn darhom wara s- seba’ u allura xorta waħda ser isibu lill uliedhom ċkejknin rieda. Żgur li dan ma hux qegħed ikattar il-kunċett ta’ prime quality time mal-familja.
Mara Deguara qalet li kulħadd konxju li karriera politika hi ferm aktar diffiċli u anqas attraenti għan-nisa, speċjalment dawk li għadhom qegħed irabbu tfal żgħar. Dan japplika sew jekk huma nisa tad-dar u sew dawk li wara sagrifiċċi kbar irnexxilhom jaqbdu professjoni u qegħed jippruvaw jew diġa’ stabilixxew rwieħhom fis-soċjeta’.
Fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista hemm proposti miżuri biex iħajru aktar nisa jagħtu sehemhom fil-politika ta’ pajjiżna. Naħseb li taqblu li l-proposta biex is-seduti tal-parlament jibdew kmieni wara nofsinar sas-seba’ ma hiex waħda minnhom.
Lanqas li tipprovdi servizz ta’ child care waqt li tkun għaddejja seduta parlamentari ma hi soluzzjoni aħħarija. Qiegħed nifhem sew li ser ikun hemm servizz ta’ child care, li għadna ma nafux fejn jew kif, u lanqas ma nafu għal liema etajiet ta’ tfal ser ikopri, biex jieħu ħsieb it-tfal tal-membri waqt dawn il-ħinijiet?
Dan is-servizz meta jibda ma naħsibx li ser ikun indirizzat għat-tfal ħlief għal dawk tal-iċken etajiet. Jekk mhux il-każ allura wieħed irid jaħseb biex ikun hawn għalliema f’suġġetti differenti skond l-etajiet differenti tat-tfal. Inkella ser nispiċċaw li inpoġġu aktar responsabilitajiet jew fuq in-nanniet jew inkella ikun meħtieg li dawk li ma għandhomx familjari lesti jerfgħu din ir-responsabbilità, ikollhom iħallsu għal min jeħdilhom ħsieb uliedhom waqt li huma ma jkunux id-dar.
Membru parlamentari mara li tattendi is-seduti mill-4 pm ikollha titlaq mid-dar madwar siegħa qabel biex tkun ċerta li tasal fil-ħin. Jekk tibqa’ għas-seduta sħiħa tfisser li tirritorna lejn il-familja għall-ħabta tat-8 pm biex probabilment issib lill-ulieda diġaà reqdin.
Forsi ikun hemm min jgħid b’ċertu sarkażmu, imma mhux huma daħlu għal politika. Jekk ser nirraġunaw b’dan il-mod allura ma noqgħodux ngħidu li riedu nħajru aktar nisa lejn il-politika. L-istess ma jagħmilx sens inparlaw jew noħolmu li hemm bżonn aktar nisa fil-parlament waqt li ngħamluilhom aktar diffiċili li din issir realtà.
Irridu inżommu quddiem għajnejna li l-parti l-kbira tal-membri ta’ din il-Kamra, huma part timers u bħala rappreżentanti tal-poplu jeħtieġ li jkollhom ħin biżżejjed biex jaqdu dmirhom lejn u mal-kostitwenti. Dan barra li jridu jsibu ukoll ħin jagħmlu riċerka biex jippreparaw l-interventi b’mod professjonsali. Bil-ħinijiet tal-parlament li fl-ewwel tliet ijiem tal-ġimgħa kien jibda fis-6 pm dan setgħu jagħmluħ ukoll qabel ma jattendu għas-seduta tal-parlament.
Membri oħra tal-kamra, bħal dawk li għandhom impieg ma’ażjendi parastatali jew dawk li barra l-onorarju jirċevu ħlas ta’ responsabilitajiet oħra, bħal ngħidu aħna chairperson ta’ entita jew huma membri fuq xi board li għalieh jirċevu ħlas, għandhom aktar possibilita’ iħallsu lil terzi biex jieħdulhom ħsieb uliedhom waqt li l-koppja tkun għadha xogħol.
Ħafna mil-membri nisa huma professjonisti u anki jekk ma għandhomx tfal x’jieħdu ħsieb għax ikunu kibru ser isibu diffikultajiet kbar jaddattaw għal l-iskeda u ħinijiet ġodda. Infakkar ukoll li kull membru parlamentari ma hux garantit postu fil-Kamra b’mod permanenti u allura billi x- xogħol tal-parlament huwa part time, kull membru sew nisa kif ukoll sħabhom irgiel iriedu jkomplu jieħdu ħsieb l-professjoni privata tagħhom għax il-lum fil-parlament u għada m’humiex.
Il-biċċa l-kbira tal-uffiċini privati tal-professjonisti membri ta’ din il-Kamra fosthom avukati,nutara,periti, tobba u dawk fis-servizzi finanzjarji, jiftħu bejn it-3 u s-7pm. Għalhekk bil-ħinijiet ġodda tal-parlament qed tkompli tiskorraġġixxi professjonisti u nies validi oħra milli jgħatu sehemhom fil-parlament.
Forsi ikun hemm min jgħid din qegħed titkellem u tqajjem dawn l-argumenti għaliha stess u għax jaqblilha personalment. Nista nikkonferma li jiena ma għadniex inrabbi la tfal żgħar u lanqas kbar. It-tfal tiegħi illum indipendenti minni.
Lanqas ma għadni nipprova nistabbilixxi ruħi fil-professjoni tiegħi wara li ilni nipprattikha l-fuq min erbgħin sena. Ħassejt li għandi nagħmel dan l-intervent f’ishem dawk in-nisa kolleġi preżenti u nisa oħra li imħajrin jibdew karriera fil-politika tagħna.
Allura l-appell tiegħi lill-awtoritajiet hu li waqt li għandna bżonn li nintroduċu miżżuri favur il-familja u naqblu fuq ħinijiet aħjar għal kulħadd dwar meta l-aħjar u kif jiltaq l-parlament, almenu qabel ma nintroduċuhom nagħmlu konsultazzjoni wiesgħa ma’ għaqdiet tan-nisa u forsi nistaqsu ukoll membri feminili ġewwa din il-Kamra. Mill-ftit opportunità li kelli biex niddiskuti ma’ xi membri oħra parlamentari nisa u irġiel wasalna għal konklużjoni li dawn l-imsejħa family friendly measures huma kollox ħlief family friendly, sostniet Maria Deguara.
//= $special ?>